Termini u Kundizzjonijiet
  1. Termini u Kundizzjonijiet tas-Sit Elettroniku
  2. Dikjarazzjonijiet ta’ Rinunzja
  3. Tibdil fit-Termini
  4. Reklamar
  5. Termini u Kundizzjonijiet Oħrajn
  6. Strateġija ta' Privatezza
  7. Kompetizzjonijiet u Premjijiet

 

Termini u Kundizzjonijiet tas-Sit Elettroniku

  • Nirringrazzjawk talli dħalt fis-sit elettroniku tal-Water Explorer. Jekk jogħġbok aqra sew it-termini u kundizzjonijiet. Meta tuża dan is-sit ifisser li qed taċċetta t-termini, li jidħlu fis-seħħ dakinhar li tuża s-sit għall-ewwel darba. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini, jekk jogħġbok tużax dan is-sit.
  • Global Action Plan UK u l-imsieħba tagħha, megħjuna minn HSBC, qed jipprovdu aċċess u użu ta’ dan is-sit. L-użu fit-termini ta’ “aħna” jew “tagħna” qed jirreferu għal © Global Action Plan 2017 – Registered charity 1026148 Head Office – 9-13 Kean Street, London WC2B 4AY, Tel. 020 7420 4444 Fax. 020 7836 7345.
  • Global Action Plan UK tirriserva d-dritt li tbiddel dawn it-termini meta trid. Jekk jogħġbok iċċekkjahom fuq bażi regolari. L-użu tiegħek tas-sit wara li jkunu saru t-tibdiliet fit-termini jkun ifisser l-aċċettazzjoni tat-termini skont dan it-tibdil.
  • Int qed taċċetta li qed tuża dan is-sit mingħajr ebda ksur ta’ liġi u b’mod li ma jiksirx id-drittijiet ta’ xi ħadd, jirrestrinġi jew li b’xi mod itellef l-użu ta’ dan is-sit.
  • Meta tuża dan is-sit tkun qed tikkonferma li int eliġibbli biex tużah (eżempju, kap ta’ skola li qed jipparteċipa fil-Water Explorer (il-“Programm”) f’wieħed mill-pajjiżi parteċipanti, jew għalliem jew persuna oħra awtorizzata mill-kap tal-iskola) u qed taqbel li tintrabat b’dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu ta’ dan is-sit (it-“Termini”), ħlief fejn hemm termini u kundizzjonijiet separati li huma relevanti għal partijiet partikulari ta’ dan is-sit, li huma indikati fil-paġna adattata tas-sit. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini, jekk jogħġbok tużax dan is-sit.
  • Int mitlub li tagħti informazzjoni korretta u kompluta kull darba li tkun mitlub tagħmel dan. Hija responsabbiltà tiegħek li tara li l-informazzjoni li tagħti meta tirreġistra jew f’xi waqt ieħor tkun korretta u kompluta. Trid tinfurmana mill-ewwel jekk isir xi tibdil fl-informazzjoni li tkun tajt meta rreġistrajt billi taġġorna d-dattalji tal-iskola/grupp.
  • Meta tuża l-indirizz elettroniku u l-password tiegħek tkun qed tawtorizzana biex insegwu l-istruzzjonijiet li tkun tajtna f’dan is-sit.
  • Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, inti tista’ tilloggja biex taċċessa d-dettalji tal-iskola/grupp biss jekk tuża l-username u l-password tiegħek.
  • Importanti li l-password tiegħek ma tagħtihiex lil xi ħaddieħor li mhux awtorizzat biex jaċċessa l-profil tal-iskola/grupp.
  • Il-copyright u d-drittijiet ta’ propjetà intellettwali oħrajn li jinsabu f’dan is-sit huma propjetà tagħna jew tas-sid linċenzjat. Meta l-informazzjoni tkun ġejja minn terzi persuni s-sors ikun ipprovdut. Int tista’ tikkopja partijiet minn dan il-materjal b’dawn il-kundizzjonijiet:

Tista’ tagħmel kopji għall-iskola/grupp basta mhux għall-użu kummerċjaliIl-kopji jridu jżommu l-copyright u xi informazzjoni oħra tas-sidien intattiIl-copyrightu d-drittijiet ta’ propjetà intellettwali jipproteġu stampi/ritratti, kitba u materjal ieħor ta’ tagħlim fuq dan is-sit u ma tistax tirriproduċihom jew tużahom mingħajr il-permess bil-miktub tas-sid

  • Aħna għandna d-dritt ninvalidaw jew inħassru l-kont tal-iskola/grupp tiegħek jekk naraw li l-iskola/grupp tiegħek ma pprovdewx dettalji korretti meta rreġistraw għall-programm. Jekk jiġri dan se tkun infurmat b’ittra elettronika.
  • Jekk ninvalidaw jew inħassru l-kont tal-iskola/grupp tiegħek, tista’ titlobna kont ieħor onlajn meta trid, ladarba tkun eliġibbli biex tipparteċipa fil-programm.
  • Aħna nirriservaw id-dritt li nirrifjutaw lil min jaċċessa dan is-sit jew xi partijiet minnu mingħajr ma jiġi avżat minn qabel.
  • Ċertu ħoloq f’dan is-sit jeħduk f’siti oħrajn li m’għandniex kontroll fuqhom. Meta tagħfas fuq dawn il-ħoloq int se tkun ħriġt minn dan is-sit. Aħna m’għandniex kontroll u m’aħniex se nerfgħu r-responsabbiltà tal-materjal ta’ xi sit ieħor. M’aħna se naċċettaw ebda responsabbiltà jew obbligi lejn dawn is-siti.  

Dikjarazzjonijiet ta’ Rinunzja

  • Minkejja li ħadna ħsieb it-tħejjija tal-kontenut ta’ dan is-sit, ma nistgħu nagħtu ebda garanzija tal-eżattezza tal-informazzjoni li tinstab fis-sit. Sakemm tippermettilna l-liġi, neskludu kull garanzija f’dak li jirrigwardja materjal jew prodotti msemmijin f’dan is-sit.
  • Ma nistgħux niggarantixxu li l-funzjonijiet jew il-materjal f’dan is-sit, jew dak li tista’ taċċessa minn dan is-sit, ikun ħieles minn kull interruzzjoni jew mill-iżbalji. Ma nistgħux niggarantixxu li aħna se nikkoreġu xi żbalji, jew li dan is-sit jew is-server li jagħmlu disponibbli huma ħielsa minn kull virus jew bug jew jirrappreżenta l-funzjonalità kollha (range), l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-materjal.
  • Mhux se nerfgħu r-responabbiltà jekk ma tkunx tista’ taċċessa jew tuża s-sit minħabba ħsarat ta’ xi apparat, sistema ta’ pproċessar tad-dejta jew ħsarat ta’ trażmissjoni, jew minħabba manutenzjoni, tibdil, tiswijiet, u ħsarat fis-sistema tal-kompjuter, jew minħabba xi tilwima industrijali jew xi ħaġa oħra li aħna, l-aġenti jew il-kuntratturi m’għandhomx kontroll fuqha.
  • Jekk xi waħda minn dawn it-termini (jew termini u kundizzjonijiet oħra msemmija f’dan is-sit) titqies illegali, invalida jew ma tistax tiġi infurzata mil-liġijiet ta’ xi pajjiż, aħna se nikkanċellaw dawn it-termini (tal-pajjiż biss fejn tinstab li hi illegali, invalida jew li ma tistax tiġi infurzata) waqt li l-bqija tat-termini u kundizzjonijiet se jibqgħu jkunu effettivi, infurzati u jorbtu. F’dawn it-termini u kundizzjonijiet m’hemm xejn li jeskludi r-responsabbiltà tagħna għal mewt jew feriment minħabba negliġenza tagħna.

Tibdil fit-Termini

  • Aħna għandna kull jedd li nbiddlu dawn it-termini meta rridu, liema tibdil se jidher f’dan is-sit. Hija responsabbiltà tiegħek li taqra dawn it-termini regolarment biex tkun ċert li taf b’xi tibdil li sar. Jekk se tuża dan is-sit wara li jkun sar xi tibdil fit-termini, ikun ifisser li aċċettajt it-termini riveduti.

Reklamar

  • Ritratti u vidjows ippreżentati mill-iskejjel/gruppi tal-Water Explorer lil Global Action Plan UK jew lill-imsieħba tagħha, li jkunu ttellgħu fuq is-sit elettroniku jew waslu għandna b’xi mezz ieħor, jistgħu jintużaw bi skop pubbliċitarju minn Global Action Plan, l-imsieħba tagħha jew l-HSBC, li jinkludu (mhux esklussivament) kemm materjal stampat kif ukoll diġitali, fuq il-midja soċjali, f’films u fi preżentazzjonijiet.  
  • Il-parteċipanti mhux rebbieħa mhumiex se jiġu infurmati direttament, iżda l-informazzjoni se tittella’ fuq is-sit elettroniku tal-Water Explorer: www.waterexplorer.org.

Termini u Kundizzjonijiet Oħrajn

  • M’aħniex se nerfgħu r-responsabbiltà għal xi difett jew ħsarat f’kwalunkwe netwerk, kompjuter jew software, li jirristrinġi jew jikkawża dewmien f’xi informazzjoni li tkun intbagħtet jew li suppost tkun waslet dwar ir-reġistrazzjoni tat-tim. L-aċċertazzjoni li l-informazzjoni ntbagħtet ma jfissirx li waslet fejn kellha tasal.  
  • Kull premju se jingħata fid-diskrezzjoni tal-imsieħba li huma inkarigati mill-programm. L-ebda premju ma jista’ jissarraf fi flus kontanti. Il-premjijiet ma jistgħux jiġu rifondati jew jibdlu l-idejn, sakemm ma jkunx hemm xi ftehim minn qabel bil-kitba. Aħna nżommu kull jedd li nissostitwixxu premjijiet mirbuħa lil timijiet u premjijiet oħra li ma jinvolvux flus kontanti fi premju ekwivalenti jew li jiswa aktar jekk dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet li ma jkollniex kontroll fuqhom.
  • M’aħniex se nerfgħu r-responsabbiltà f’każ ta’ posponiment, kanċellazzjoni, dewmien jew tibdil fl-għoti tal-premjijiet jew f’attivitajiet ċelebrattivi li m’għandniex kontroll fuqhom u għal xi nuqqas minn xi terzi persuni li jissupplixxu l-premjijiet.
  • It-termini u kundizzjonijiet ta’ kull terza persuna li tissupplixxi l-premjijiet japplikaw ukoll għall-premjijiet mirbuħa fejn hu l-każ. Jekk ikun hemm kunflitt bejn it-termini u kundizzjonijiet tat-terzi persuni u dawn it-termini u kundizzjonijiet, tingħata preċedenza lil dawn it-termini.
  • M’aħniex se nidħlu responsabbli jekk xi premju ma jasalx għand ir-rebbieħ minħabba raġunijiet li ma jkollniex kontroll fuqhom.
  • Jekk xi tim rebbieħ ma jkunx jista’ jiġi kkuntattjat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew ma jkunx jista’ jew mhuwiex disponibbli li jirċievi l-premju għal xi raġuni li m’għandniex kontroll fuqha, se nżommu l-jedd li nippremjaw lil tim ieħor.
  • Nistgħu nirrifjutaw jew niskwalifikaw kull reġistrazzjoni jekk it-tim konċernat jew xi ħadd li hu awtorizzat mit-tim biex jieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni, jaġixxi b’tali mod lejn xi ħadd mill-istaff tagħna jew xi ħaddieħor awtorizzat minna biex jieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni, li aħna nqisuha offensiva, mhix f’lokha jew kontra l-liġi. Jekk xi tim rebbieħ ikun skwalifikat nirriservaw id-dritt li nippremjaw tim ieħor.
  • Dan il-programm, kif ukoll kull tilwima li tirrigwardja lilu jew li hi konnessa miegħu, jaqgħu taħt l-interpretazzjoni tal-liġi Ingliża. Kull min jidħol f’dan il-programm irid jaqbel b’mod irrevokabbli li l-Qorti tal-Ingilterra u ta’ Wales għandhom il-ġuriżdizzjoni esklussiva biex isolvu kull tilwima li għandha x’taqsam mal-programm.

 

Water Explorer ġie żviluppat minn Global Action Plan UK fi sħab ma’ Global Action Plan Ireland, Teragir (Franza), Agado (il-Ġermanja), Global Action Plan Spain, InEuropa (l-Italja), FDDM (l-Iżvizzera), Global Action Plan Poland, Nature Trust Malta, African Conservation Trust (l-Afrika t’Isfel), Mikado Consulting (it-Turkija). Water Explorer huwa ssapportjat mill-HSBC Water Programme

Strateġija ta’ Privatezza

Il-programm tal-Water Explorer jieħu l-privatezza tiegħek bis-serjetà u l-informazzjoni personali se tintuża biss biex jiġi amministrat il-kont tiegħek u biex jitmexxa l-programm tal-Water Explorer.

Informazzjoni li tinġabar mis-sit se tiġi analizzata mit-tim tal-Water Explorer biex jiġi determinat l-impatt li qed iħalli l-programm. Ir-riżultati miġburin flimkien ta’ timijiet differenti se jinxterdu mal-imsieħba li huma inkarigati mill-programm u mal-fundaturi tal-Water Explorer.

Is-servejs mhux se jkollhom l-ismijiet tal-istudenti iżda se tintalab informazzjoni speċifika (it-tielet ittra tal-isem, it-tielet ittra tal-kunjom, jekk għandhomx ħuthom akbar). Din se tintuża biex inkunu nistgħu nqabblu servejs oħra, kemm qabel kif ukoll wara, mingħajr ma l-istudent ikollu jiftakar xi kodiċi li jidentifikah. Din l-informazzjoni mhijiex se tintwera ma’ persuni li mhumiex fit-tim tal-Water Explorer, u se titħassar minnufih ma’ tmiem il-programm. Riżultati anonimi tas-servejs se jintwerew mal-imsieħba akkademiċi tagħna mill-Università ta’ Westminster, għal skopijiet ta’ riċerka biss.

Kompetizzjonijiet u Premjijiet

Eliġibbiltà

  1. L-iskejjel/gruppi kollha li għandhom studenti sa 16-il sena minn xi wieħed mill-pajjiżi parteċipanti huwa eliġibbli għall-premjijiet tal-programm u inċentivi.
  2. Kull tim irid ikun magħmul l-aktar minn studenti li m’għandhomx iżjed minn 16-il sena li jattendu l-iskola/grupp li rreġistra lit-tim.
  3. Jista’ jieħu sehem aktar minn tim wieħed minn skola/grupp iżda kull skola/grupp jista’ jirreġistra tim wieħed biss f’dan is-sit.
  4. Kull tim reġistrat irid ikollu reġistrazzjoni waħda.
  5. Is-sena li fiha tim jista’ jikkompeti tibda minn Settembru 2017 sa Lulju 2018.

It-Tim tax-Xahar

  1. Jibda: Frar 2015
  2. Jagħlaq: Lulju 2018
  3. Ir-rebbieħa se jitħabbru fuq il-homepage reġjonali ta’ kull pajjiż parteċipant. Ir-rebbieħa tat-Tim tax-Xahar se jkunu eliġibbli wkoll għall-promozzjoni biex ikun il-protagonist internazzjonali tat-Tim tal-Ġimgħa.
  4. It-Tim tax-Xahar se jiġi ġġudikat fuq dawn il-kategoriji:
  • Il-progress fl-isfidi tal-Water Explorer
  • Il-punti mirbuħa
  • Il-kwantità u l-kwalità ta’ posts fuq il-blogg
  • Il-kapaċità ta’ ħidma f’tim u t-turija tal-valuri tal-Water Explorer

Workshops u Festivals tal-Ilma

  1. Numru magħżul tal-aqwa timijiet minn kull pajjiż se jintgħażel biex jirċievi workshops u festivals tal-ilma bis-sostenn ta’ min hu inkarigat mill-programm lokalment.
  2. Il-perjodu tal-workshop tal-ilma aktarx ikun bejn Novembru 2017 u Ġunju 2018. Jekk jogħġbok ikkuntattja lil min hu inkarigat mill-programm lokalment biex jagħtik aktar dettalji dwar iż-żmien.
  3. Il-perjodu tal-festival tal-ilma aktarx ikun bejn April u Lulju 2018. Jekk jogħġbok ikkuntattja lil min hu inkarigat mill-programm lokalment biex jagħtik aktar dettalji dwar iż-żmien.
  4. Biex tim jiġi kkunsidrat għall-workshops u festivals tal-ilma, se jiġi ġġudikat fuq dawn il-kriterji:
  • In-numru ta’ missjonijiet u sfidi li twettqu
  • L-evidenza tal-effetti tal-azzjonijiet li ttieħdu
  • It-total ta’ punti mirbuħa
  • Il-kwantità u l-kwalità ta’ posts fuq il-blogg
  • L-evidenzata’ kollaborazzjoni mal-komunità lokali u skejjel/gruppi oħrajn
  • Il-kapaċità ta’ ħidma f’tim u t-turija tal-valuri tal-Water Explorer

Rebbieħa reġjonali

  1. Numru magħżul tal-aqwa timijiet tal-festival tal-ilma se jintgħażlu bħala finalisti reġjonali u se jidħlu fiċ-ċans li jiġu inkurunati bħala t-tim reġjonali rebbieħ.
  2. It-timijiet finalisti se jiġu ġġudikati fuq dawn il-kriterji:
  • In-numru ta’ missjonijiet u sfidi li twettqu
  • L-evidenza tal-effetti tal-azzjonijiet li ttieħdu
  • L-evidenza ta’ kollaborazzjoni mal-komunità lokali u skejjel/gruppi oħrajn
  • L-impatt li ħalla l-festival tal-ilma
  • Il-kapaċità ta’ ħidma f’tim u t-turija tal-valuri tal-Water Explorer
  1. It-timijiet finalisti se jiġu mistiedna biex jippreżentaw il-vjaġġ tagħhom tal-Water Explorer quddiem grupp ta’ persuni li jfasslu d-deċiżjonijiet (bħalma huma rappreżentanti tal-HSBC, l-imsieħba lokali li huma inkarigati mill-programm u xi esperti f’dan il-qasam). Din il-preżentazzjoni ssir f’attività apposta għall-finalisti reġjonali. 4. It-timijiet reġjonali rebbieħa: Dan il-grupp ta’ persuni li jfasslu d-deċiżjonijiet se jagħżel tim finalist li se jkun bħala r-rebbieħ reġjonali fuq kulħadd. Din l-għażla se tkun ibbażata fuq il-preżentazzjoni li se ssir waqt l-attività. 5. Ikkuntattja lil min hu inkarigat mill-programm lokalment biex tkun taf id-data tal-attività.

Rebbieħa internazzjonali

  1. It-tim rebbieħ minn kull reġjun se jidher quddiem membri tal-ġurija u se jidħol fiċ-ċans li jkun it-tim rebbieħ tal-Water Explorer fuq livell internazzjonali.
  2. Il-membri tal-ġurija se jagħżlu tim wieħed li jkun ir-rebbieħ fuq kulħadd.

Deċiżjonijiet

  1. Id-deċiżjonijiet tal-ġurija se jkunu finali u mhuma se jidħlu fl-ebda korrispondenza. Din tapplika għat-timijiet kollha. It-timijiet li mhumiex se joqogħdu għal dawn it-termini u kundizzjonijiet mhumiex se jiġu kkunsidrati għall-premjijiet.
  2. Kull informazzjoni miġbura tat-timijiet individwali se tintuża biss għal skopijiet ta’ tqassim ta’ premjijiet u bl-ebda mod mhi se tinxtered ma’ persuni oħra.
  3. Premjijiet oħra jistgħu jingħataw skont il-ħtieġa tul il-kompetizzjoni. L-għoti ta’ dawn il-premjijiet qiegħda għad-diskrezzjoni tal-membri tal-ġurija.
Water Explorer huwa ssapportjat minn
HSBC Water Programme
u hija inizjattiva ta'Global Action Plan
flimkien ma'
7.25 MB